Thursday, December 26, 2024

ARA: Kemmuna tisfa vittma tal-egoiżmu tal-bniedem

Aqra wkoll

Il-baħar kaħlani ta’ Kemmuna huwa sbuħija naturali li jisraq il-qlub u jġiblek għajnejk wara widnejk. Iż-żona ta’ Kemmuna tatira eluf ta’ dgħajjes kollha jġorru eluf ta’ turisti u Maltin li jirħula jqattgħu l-ġranet jilaqgħu x-xemx u jgħumu f’baħar kristall.

Din l-attività kollha, minkejja li tagħti pjaċir lil dawn l-eluf ta’ nies qed iġġib magħha rigress enormi li tista’ twassal għall-qerda ta’ Kemmuna u l-isbuħija tagħha.

F’filmat li qiegħed idur fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, juri n-naħa opposta tax-xena ta’ Kemmuna. Fost il-baħar żewjt u l-ġmiel tal-madwar, il-filmat juri ammont kbir ta’ plastik mormi bl-addoċċ fuq il-blat u numru sostanzjali ta’ pineapples li saru sinonimi ma’ min iżur Kemmuna. Dawn il-pineapples ikunu mimlija b’taħlita ta’ xorb li qed jispiċċaw mormija ‘l hemm u ‘l hawn.

Hija ħasra li biex ingawdu l-isbuħija li toffri Kemmuna se jkun qed jiswina qares jekk nibqgħu nitrattaw lill-ambjent bħala oġġett li jista’ jintuża u jintrema.

Ekonomija

Sport