Friday, December 13, 2024

ARA: Kezman kuntent ħafna li ffinalizza l-ewwel diska oriġinali tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jinsab ħerqan li ladarba tgħaddi l-pandemija jkun jista’ jaqsamha mal-pubbliku

Miktub minn Maria Azzopardi

YouTube video

Madwar sena ilu konna ltqajna mat-tfajjel Kezman li f’Diċembru li għadda għalaq 11-il sena. Huwa kien qalilna li waħda mix-xewqat tiegħu hija li jsir kantant. Minkejja li huwa nieqes mid-dawl, id-determinazzjoni tiegħu twasslu għal affarijiet sbieħ u issa għandu aħbar sabiħa ħafna – Id-diska oriġijali tiegħu lesta. 

F’dawn l-aħħar xhur huwa kien impenjat li jlesti l-ewwel diska oriġinali tiegħu li, sakemm din tiġi mnedija b’mod uffiċjali, qalilna li xtaq iżommha bħala sorpriża. Biss qasam magħna li din id-diska oriġinali hija bbażata fuq il-ħajja tiegħu. “Xejn iktar… surprise!” qalilna Kezman.

Sfortunatament kif nafu f’dawn l-aħħar xhur pajjiżna, bħal bqija tad-dinja kien iddominat mill-pandemija tal-Covid-19 u din tista’ tgħid ħarbtet il-pjanijiet fosthom ta’ Kezman. Minħabba l-imxija tal-Covid-19, dan it-tfajjel kellu jipposponi t-tnedija uffiċjali iżda b’tiċrita fuq wiċċu huwa qal li jinsab tassew ħerqan li la jgħaddi kollox ikun jista’ jaqsamha mal-familjari u ma’ kulħadd.

Ommu qaltilna li x-xewqa tiegħu hi li jsir il-ġbir ta’ Puttinu u jkanta hemm bħalma kien għamel meta kanta ma’ ‘The Travellers’.

F’filmat li qasmet magħna ommu, jidher Kezman ikanta l-ewwel diska li rrekordja bl-isem ta’ “Wellidni”. Is-sena l-oħra huwa kien qalilna li waħda mill-kantanti favoriti tiegħu hija Ina Robinich tant li waqt l-intervista b’vuċi soda kien kanta d-diska ‘Wellidni’ u proprju hekk qed jagħmel f’dan il-filmat. Ommu qalet li din hija waħda mid-diski li dejjem xtaq ikanta u issa li kiber jifhem kemm hija diska bi kliem sabiħ li kulħadd għandu jgħix.

Jidher li l-pandemija tal-Covid-19 ma ħarbtitx biss il-pjanijiet biex ikanta d-diska oriġinali tiegħu lill-pubbliku iżda wkoll ħarbtet ħolma oħra li xtaq jagħmel – dik li jmur Londra. Ommu spjegatilna li kellhom ippjanat li fil-lucky birthday tiegħu li ċċelebra f’Diċembru jsiefru bħala vaganza u mhux dejjem minħabba l-isptar. “Kien ħerqan ħafna u anke aħna konna li mmorru. Pero jien għidtlu li Londra hemm se tibqa’ u kif jgħaddi kollox immorru,” qalet ommu. Mistoqsi għaliex fost l-oħrajn jixtieq imur, bi tbissima fuq wiċċu huwa qal li jrid iħoss il-borra.

YouTube video

Ekonomija

Sport