Thursday, April 25, 2024

Kim Kardashian u Kayne West mistennija jiddivorzjaw

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn CARMEN CACHIA

Iż-żwieġ bejn il-koppja famuża multi miljunarja Kim Kardashian u Kayne West sfaxxa u għadd ta’ sorsi viċin din il-familja qegħdin jgħidu li l-koppja waslet biex tinfired. Id-divorzju bejn l-attriċi tar-reality show “Keeping Up with the Kardashians” – Kim u r-rapper, aspirant politiku – Kayne, huwa imminenti.

Kardashian jingħad li diġà kellmet lill-avukata prominenti Laura Wasser li fil-linja tagħha tieħu ħsieb divorzji ta’ stilel ħoliwudjani. Sorsi qalu lill-midja Ameirkana li, “qegħdin iżommu kollox mistur u ‘l bogħod mill-attenzjoni tal-midja. Iżda, li huwa żgur, li m’humiex se jiqbgħu flimkien”.

Kim, li għandha 40 sena, mhijiex tilbes iċ-ċurkett tat-tieġ mentri Kanye, 43 sena, baqa’ fir-residenza ta’ $14 miljun f’Wyoming minflok qatta’ l-vaganzi tal-Milied mal-familja Kardashian. 

Jingħad li Kim talbet lir-raġel tagħha jibqa’ f’Wyoming bil-għan li jibdew jgħixu ħajja separata u trid li jiftiehmu bil-kwiet bejniethom dwar il-proċeduri tad-divorzju għax “ma tridx taf bih aktar”.

L-istess sorsi qalu li Kim għamlet minn kollox biex tkun ta’ sostenn u tgħin lil Kanye fil-problemi ta’ saħħa mentali li għandu. Is-sajf li għadda din il-koppja kienet fuq it-tabloids kollha wara li Kanye nfaqa’ jibki quddiem il-kameras meta beda jikxef affarijiet personali tal-familja.

Jidher li l-karattri u l-livell ta’ maturità ta’ din il-koppja huma differenti ħafna. Sors ieħor qal li, “Kim min-naħa tagħha qiegħda tpoġġi moħħha hemm biex tlesti l-istudji u l-eżamijiet ħalli tilħaq avukata, mentri Kanye min-naħa tiegħu għadu jisħaq li jrid jilħaq president tal-Istati Uniti u jgħid ċuċati oħra”.

Sadanittant hemm għajdut li Kanye ma felaħx aktar għall-ħajja frivola li għandha l-familja Kardashian u kkritika bl-aħrax dan ir-reality show famuż tant li ma jridx li jkollu x’jaqsam aktar magħhom. 

F’Lulju li għadda West kien tella’ tweet fejn qal li, “ili biex niddivorzja lil Kim minn mindu ltaqgħet ma’ Meek f’Warldolf għal-Prison Reform”. Dan possibbilment b’referenza għas-summit li martu kienet attendiet mar-rapper Meek Mill f’Novembru tal-2018.

Il-koppja żżewġu fl-2014 fl-Italja u għandhom erbat itfal – North ta’ seba’ snin; Saint ta’ ħames snin; Chicago li se tagħlaq tliet snin u Psalm li għad għandu 19-il xahar. 

Ir-rappreżentati kemm ta’ Kim, kif ukoll ta’ Kayne, ma ridux jikkummentaw.

Sport