Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rrispondew għal sejħa ta’ għajnuna fil-Belt Valletta b’rabta ma’ nirien f’appartament.
Dan hekk kif għall-ħabta tad-9:15 a.m daħlilhom rapport dwar nirien f’appartament fi Triq il-Bjar, fil-Belt Valletta.

Il-pumpieri marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien, waqt li uffiċjali tal-Pulizija wkoll kienu fuq il-post. Issejjaħ fuq il-post ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei iżda fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li n-nirien żviluppaw f’kamra tas-sodda, waqt li r-residenti kienu għadhom reqdin.
