Rachel Grech hija l-ewwel Maltija li tlaqqmet kontra l-virus tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-infermiera li taħdem fl-Isptar Mater Dei fit-taqsima tal-infezzjonijiet hija l-ewwel persuna li tlaqqmet f’pajjiżna, proprju ftit sigħat wara l-wasla tal-ewwel konsenja ta’ tilqim.





Preżenti għall-għoti tal-ewwel tilqima kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.