Thursday, May 16, 2024

Ara: Lifeguards isalvaw 4 itfal mill-baħar f’Għajn Tuffieħa

Aqra wkoll

Minkejja kull twissija jidher li xorta waħda kien hemm nies li niżlu jgħumi f’Għajn Tuffieħa b’konsegwenza li l-lifeguards fl-aħħar ħinijiet salvaw 4 itfal milli jgħerqu.

Filmat li xxandar mir-Red Cross Malta juri l-mumenti li dawn it-tfal ġew salvati.

Aktar kmieni: Bandiera Ħamra Doppja f’Għajn Tuffieħa

Minħabba li r-riħ qiegħed jonfoq forza 5 għal 6, il-Malta Red Cross ħarġu avviż biex għalissa ħadd ma jmur jgħum fil-bajja ta’ Għajn tuffieħa.

Dan minħabba li r-riħ li qed jaħkem iż-żona u għalhekk hemm periklu għal dawk li jinżlu fil-baħar. Il-Malta Red Cross fil-fatt tellgħu Bandiera Ħamra Doppja li jfisser li ma hemmx lok għal għum f’din il-bajja. Ifisser ukoll li l-membri tas-salvataġġ mhux se jkunu disponibbli f’każ li xi ħadd jinjora dan l-avviż u xorta jinżel jgħum.

Intant għada filgħodu r-riħ mistenni jbatti ħafna u ma hemmx indikazzjoni li matul il-ġimgħa li ġejja se jkun hemm riħ qawwi ħafna.

Sport