Wednesday, April 24, 2024

Piraterija legalizzata u abbużata

Frans Ghirxi

Aqra wkoll

Tul is-snin, imma b’mod sostanzjali ħafna tul dawn l-aħħar, għaxar snin, intefqu miljuni ta’ ewro biex saru promenades, toroq u pjazez pedonali tista’ tgħid fl-ibliet u l-irħula kollha madwar Malta u Għawdex, bankini, bajjiet u xtajtiet. Inħolqu anke xtut ramlin minn xtut tal-blat. F’pajjiż żgħir bħal tagħna investiment massiċċ bħal dan b’risq iċ-ċittadin kellu jitqies bħala xi ħaġa ideali. Investi-ment li sebbaħ u tejjeb l-ambjent ta’ kull fejn saru. Minn tarf sa ieħor ta’ Malta, Għawdex kollu u anke Kemmuna. Investiment li jinħass tul is-sena kollha, imma ovv-jament jinħass l-aktar fl-ista-ġu ni tar-rebbiegħa u s-sajf.

U allura dak li se nkun qed nikkummenta dwaru japp lika għal kullimkien. Mingħajr ebda differenza u distinzjoni. Anke jekk għandek postijiet fejn il-ħaġa tinħass aktar minn postijiet oħrajn.

Naħseb li s’issa, apparti t-titlu, diġà wasalt u fhimt x’nixtieq inwassallek illum.

Qed nirreferi għall-mod kif dawn l-ispazji kollha li semmejt inħatfu mil-lukandi, stabbilimenti, kafeteriji, gabbani ta’ kull xorta bil-konsegwenza li dak li oriġinarja-ment kien maħsub biex min-nu jibbenefika ċ-ċittadin spiċ ċa biex iċ-ċittadin kemm kemm jitħallilu spazju minn fejn jgħaddi. U biex jagħmel hekk ikollu jimxi bħal serp.

Spiċċajna biex ix-xtut koll ha nksew umbrelel u deck chairs. Imissu ma’ xulxin. Jinksew minn sbieħ Alla biex żgur ikun ikkapparrat kullimkien. Ix-xtut ta’ quddiem il-lukandi spiċċaw xtut privati b’uħud minnhom jipprivatizzaw anke l-baħar. Il-bankini ta’ quddiem ir-restoranti u ta’ quddiem il-kafeteriji kollha imwejjed u siġġijiet bil-konsegwenza li fuq il-bankina bilkemm jitħalla metru spazju mnejn tgħaddi. Mara b’pushchair jew persu-na b’wheelchair ikollhom dif kultà enormi. Imbagħad daħlet l-użanza li għax-xitwa l-ispazju maħtuf mill-bankini jitgħatta b’ħitan tal-plastik. Meta dan bħal donnu rabba l-ġust dak li kien plas-tik inbidel fi strutturi tal-alu-minium u ħġieġ u b’hekk il-postijiet fuq barra spiċċaw akbar minn ġewwa. Sadanit-tant erba’ qsari u ftit pjanti jagħtu dehra sabiħa lill-ist-ruttura maħtufa hux hekk?

Ir-restoranti faċċata ta’ xi promenade bħal donnu daħlu f’pika min minnhom se jkollu l-aktar umbrelel, imwejjed u siġġijiet. Ix-xtajtiet tal-blat li bdilnihom fi xtut ramlin temporanji jinksew kollha platforms tal-injam biex fuqhom mill-ġdid jimtela bl-imwejjed. Imbagħad minn ma’ xatt il-baħar, li allu-ra jkun taħt il-livell tat-triq, tinbet xi struttura monstruża li taqbeż il-livell tat-triq b’xi sular bir-riżultat ikun li ap-parti li nħataf ix-xatt tinħataf ukoll id-dehra tal-baħar mit-triq. Nistiednek tmur mixja mill-Qawra sa Buġibba u ara jekk dan li qed ngħidlek hux kollu minnu.

Il-gabbani li oriġinarja-ment ikunu maħsubin biex iservu għal ‘take aways’ spiċ-ċaw ċirkondati b’imwejjed u siġġijiet. L-istess, spazju meħud minn fuq bankini, toroq jew pjazez. U mhux qed in-semmilek il-konġestjoni ta’ trafku li tinħoloq.

Dan huwa l-ħtif li fit-titlu għalih irreferejt bħala ‘piraterija’. Imma għaliex ‘piraterija legalizzata u abbużata’? ‘Piraterija legalizzata’ għax nemmen li dan kollu li semmejt, f’kull xorta u f’kull li-vell, huwa kopert bil-permes-si. U allura ‘piraterija’ mill-Istat li nefaq il-miljuni ta’ ewro biex għaddihom lil ftit. ‘Piraterija abbużata’ għax wisq nissuspetta, mingħajr ma nitfa’ lil kulħadd f’keffa waħda, li speċjalment fejn jidħlu umbrelel, deck chairs, imwejjed u siġġijiet, in-num-ru tagħhom ikun wisq aktar minn dak kopert bil-permes-si. Is-soltu problema ta’ nuq-qas ta’ infurzar ta’ liġijiet. Is-soltu problema li tingħalaq għajn waħda jekk mhux tnejn. Ir-raġunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi. Ir-ruħ tifhem aktar minn biżżejjed.

Sport