Sunday, December 22, 2024

ARA: Mara fit-Turkija tieħu ħarufa magħha fil-post tal-votazzjoni

Erdogan favorit li jirbaħ

Aqra wkoll

It-Torok illum qegħdin jivvutaw f’elezzjoni oħra sabiex ikun deċiż jekk Recep Tayyip Erdogan jibqax President wara 20 sena fil-poter.

L-avversarju politiku tiegħu, Kemal Kilicdaroglu, appoġġjat minn alleanza wiesgħa tal-opoożizzjoni, iddeskriva l-vot bħala “referendum dwar id-direzzjoni futura tat-Turkija.” 

Min-naħa l-oħra, il-President Erdogan, li huwa favorit li jirbaħ, wiegħed era ġdida li tgħaqqad il-pajjiż. Iżda l-aktar kwistjoni urġenti hija l-inflazzjoni u l-kriżi tal-għoli tla-ħajja.

Il-votazzjoni tagħlaq għall-ħabta tal-5.00 p.m. (ħin lokali). It-Torok li jgħixu fl-Ewropa u fl-Istati Uniti diġà tefgħu l-vot tagħhom.

Fl-ewwel rawnd ta’ votazzjoni kienu vvutaw 88.8% u l-vantaġġ ta’ Erdogan kien ta’ 2.5 miljun vot. Huwa għalhekk li ż-żewġ kandidati kellhom ħarsthom lejn it-tmien miljuni li ma vvutawx, u li setgħu jivvutaw din id-darba.

Intant filmat li nxtered fuq il-midja minn ġurnalist li jkopri avvenimenti fl-Iraq, it-Turkija u s-Sirja juri mara li daħlet tivvota b’ħarufa ddur ma’ sieqha. Ma setax jonqos li dawk preżenti ġibdu ritratti u filmati ta’ din il-ħarufa ddur wara sidtha tipprova tifhem x’qed jiġri fil-post tal-votazzjoni.

Ara l-filmat mill-ħolqa t’hawn taħt:

https://twitter.com/AzhiYR/status/1662742663953539073?ref_src=twsrc%5Etfw%7Ctwcamp%5Etweetembed%7Ctwterm%5E1662742663953539073%7Ctwgr%5E4d7e82dec62127ef11ae7b22485d3d5005db3dc8%7Ctwcon%5Es1_&ref_url=https%3A%2F%2Fpublish.twitter.com%2F%3Fquery%3Dhttps3A2F2Ftwitter.com2FAzhiYR2Fstatus2F1662742663953539073widget%3DTweet

Ekonomija

Sport