Thursday, October 3, 2024

Chairperson ġdid għall-ADPD-The Green Party

Aqra wkoll

Sandra Gauci inħatret bħala Chairperson ta’ ADPD-The Green Party waqt il-laqgħa ġenerali annwali statutorja li nżammet is-Sibt u li fiha ġie ukoll ikkonfermat il-kumitat eżekutiv tal-partit kif indikat hawn taħt. 

Sandra Gauci ilha attiva fl-ADPD għal dawn l-aħħar tliet snin u magħrufa bħala l-vuċi tan-nies bis-saħħa tal-videos li ittella’ onlajn ta’ kull ġimgħa imsejħin ‘ABS news’. Sandra għandha Baċellerat fl-Edukazzjoni fit-Taljan u Masters fil-Letteratura Taljana, kif ukoll borża ta’ studju mill-Università ta’ Siena fuq it-tagħlim tat-Taljan permezz taċ-ċinematografija. 

Hija għalliema tat-Taljan fl-iskejjel pubbliċi b’21 sena esperjenza. Jinteressaha l-aktar oqsma bħal ma huma l-istat tad-dritt, il-ġustizzja soċjali u l-libertà tal-istampa. Hija se tikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla f’isem ADPD – The Green Party flimkien ma’ Dr Ralph Cassar u Mina Jack Tolu.

Sport