Saturday, December 21, 2024

ARA: MATT BLXCK u ERBA’ jikkollaboraw flimkien fuq il-kanzunetta “EJJA”

Aqra wkoll

YouTube video

Ilbieraħ tnediet b’mod uffiċċjali “EJJA”, kollaborazzjoni bejn il-kantawtur MATT BLXCK u l-grupp enerġetiku tat-tfajliet ERBA’. Kienet proprju l-ewwel edizzjoni tal-Malta Eurovision Exchange Camp li introduċa lil dawn l-artisti; iżda kienet il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Malta Eurovision Song Contest 2024 bil-kanzunetti “BANANA” u “SIRENA”, li wasslithom għal ħbiberija sinċiera.

B’rispons għal din il-kollaborazzjoni, Matt iċċajta ma’ ERBA’ kemm-il darba biex ibiddlu isimhom għal Ħamsa, u għalkemm din mhix xi ħaġa li attwalment ġrat, bejniethom hekk qegħdin isejjħu lilhom infushom.

Matt jgħid, ‘din il-kollaborazzjoni kellha sseħħ f’xi punt, u ninsab kuntent li fl-aħħar ser tara d-dawl ta’ barra’. Kemm Matt kif ukoll ERBA’ esprimew il-pjaċir tagħhom jaħdmu flimkien, tant li qalu, ‘ħadna pjaċir ħafna b’din l-esperjenza, u nisperaw li jkollna ċ-ċans li ninterpretawha flimkien, dalwaqt.’

Miktuba minn Matt u ERBA’, bi produzzjoni ta’ Cyprian Cassar, “EJJA’ hija riflessjoni tal-enerġija li għandhom il-ħames artisti, filwaqt li sservi wkoll bħala tislima għall-istaġun tas-sajf. Din it-tnedija hija akkumpanjata minn vidjo ta’ lirika, li jenfasizza l-ħbiberija bejniethom f’għażla ħelwa ta’ ritratti, bl-enfasizzar tar-ritmu modern tal-kanzunetta.

Mil-lbieraħ, 20 ta’ Settembru 2024, “EJJA” hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin. Għalkemm Ħamsa m’għandhomx pjanijiet oħra flimkien għalissa, jittamaw li din il-kollaborazzjoni tqanqal proġetti oħra fil-futur.

Ekonomija

Sport