Votazzjoni f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei (inkluż l-Isptar tal-Onkoloġia Sir Anthony Mamo), Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex (inkluż Downtown Hotel).
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani (ara skeda) – is-Sibt, 19 ta’ Marzu;
L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 24 ta’ Marzu
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 a.m. sal-10.00 p.m. mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani
Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fid-19 ta’ Marzu, 2022), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 12 ta’ Marzu;
Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu;
Fid-19 ta’ Marzu ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:
Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-24 ta’ Marzu, 2022) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00p.m. tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu, 2022, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-20 ta’ Marzu.
Skeda
| 01 | Il-Ħamrun | Dar San Pawl | 
| 02 | Santa Venera | L-Istitut ta’ Apap | 
| 03 | Santa Venera | Casa Francesco | 
| 04 | Bormla | Dar tal-Anzjani | 
| 05 | Iż-Żejtun | Dar l-Anzjani | 
| 06 | Ħal Għaxaq | Ghigo Community Residence | 
| 07 | Marsaskala | St Thomas Community Living | 
| 08 | Il-Fgura | Residenza San Ġużepp | 
| 09 | Paola | Casa Paola | 
| 10 | Ħal Tarxien | Dar l-Annunzjata | 
| 11 | Ħal Qormi | Dar Pinto | 
| 12 | L-Imtarfa | Dar għall-Anzjani | 
| 13 | Ir-Rabat (M) | Villa Messina | 
| 14 | Ir-Rabat (M) | Dar Saura | 
| 15 | Ir-Rabat (M) | St Elizabeth Home | 
| 16 | Ħal Balzan | Casa Antonia | 
| 17 | Birkirkara | Dar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’ | 
| 18 | L-Imsida | Jasmine Nursing Home | 
| 19 | In-Naxxar | Golden Care | 
| 20 | In-Naxxar | Simblija Care Home/Hilltop Residence | 
| 21 | San Ġiljan | Casa Leone XIII | 
| 22 | San Ġiljan | Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp | 
| 23 | Tas-Sliema | Casa Marija | 
| 24 | Tas-Sliema | The Imperial | 
| 25 | Ħ’Attard | Dar Santa Katerina | 
| 26 | Ħ’Attard | Roseville | 
| 27 | Il-Mosta | Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’ | 
| 28 | Il-Mosta | Casa Arkati | 
| 29 | Il-Mosta | Dar il-Madonna tal-Isperanza | 
| 30 | Il-Mosta | Central Home | 
| 31 | Il-Mellieħa | Dar il-Madonna tal-Mellieħa | 
| 32 | San Pawl il-Baħar | Casa Serena | 
| 33 | San Pawl il-Baħar | Casa San Paolo | 
| 34 | San Lawrenz | Villa San Lawrenz | 

