
“Forsi daqsxejn tard, anke minħabba li domt intella’ u nniżżel jekk għandix nibagħatilkom dan il-filmat, iżda tajjeb li nirringrazzjawhom lil dawn in-nies”. Hekk bdiet biex tgħidilna waħda mir-residenti viċin l-Isptar tas-Sammaritan it-tajjeb.
Hija qalitilna li filwaqt li sfortunatament il-vittmi tal-pandemija lbieraħ komplew jiżdiedu u qabżu l-mitt persuna, dawn il-frontliners u ħafna ħaddiema oħra qegħdin jibqgħu jaħdmu lejl u nhar biex jipproteġuna.