Monday, April 29, 2024

ARA: “Mhix deċiżjoni li nieħu f’24 siegħa”

-L-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

Fost spekulazzjonijiet qawwija li l jista’ joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlemant Ewropew f’Ġunju li ġej, dan il-ġurnal iltaqa ‘ b’mod personali ma’ Dr Muscat innifsu fejn tana dawn il-kummenti esklussivi.

Fi kliemu: “Nikkonferma li l-ħabib tiegħi u ta’ ħafna Manuel Cuschieri għamel post fuq facebook mingħajr ma kont naf jien. Ifhimni, mhix deċiżjoni faċli u lanqas li nieħu f’24 siegħa bbażata fuq x’jgħidu n-nies fuq il-facebook. Irrid niżen x’inhu l-aħjar għall-familja tiegħi, irrid nitkellem ma’ marti Michelle u anke ma’ uliedi li huma żewġ tfajliet b’opinjonijiet b’saħħithom ħafna.” 

“Irrid nara x’inhu ta’ ġid għall-Partit Laburista. Irrid niżen jekk hux se nkun qed ngħin jew infixkel lill-PL b’dak li nkun qed nagħmel. Mill-bqija, ħajti llum il-ġurnata hija barra mill-politika. Irrid niżen jekk nerġax lura mill-kelma li kont tajt li ma kontx lest li nerġa’ noħroġ għall-politika. Irrid nirringrazja lil kull min wera interess u fiduċja fija, iżda kważi kważi napprezza iktar u iktar lil min jinqaras meta jisma’ ismi … dawk kważi kważi iktar jagħmluli kuraġġ biex nieħu d-deċiżjoni!” 

Sport