Friday, May 3, 2024

“Kont espost għall-istejjer tan-nanniet dwar it-tbatijiet fl-olokawst”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aħseb ftit. Ta’ 13-il sena tispiċċa ddur dak li kien il-kamp tal-konċentrament f’Mauthausen fl-Awstrija. Miegħek nannuk li għamel żmien twil fl-istess kamp u esperjenza tbatija kbira. Jurik il-fran. Jgħidlek stejjer xokkanti. Tarah jibki quddiemek meta jirrakkonta l-aħħar darba li ra lil missieru ħaj. 

Din għadda minnha David Estrin, in-neputi ta’ James Lichtman, persuna li ħarġet ħajja mill-kamp ta’ Mauthausen meta dan inħeles. Fi kliem David stess, minkejja li hu ma għex l-olokawst, hu xorta waħda ġie affettwat emozzjonalment u mental- ment. Il-mewt ta’ nannuh James, ftit snin ilu, biddlitlu ħajtu totalment. Ried jagħmel xi ħaġa li żżomm il-memorja ta’ nannuh ħajja. Ried imma li dak li jagħmel ikun rilevanti għad-dinja tal- lum. 

Bil-ħsieb f’moħħu li din hi l-aħħar ġenerazzjoni li personalment se tkun taf persuni li baqgħu ħajjin mill-oloka- wst, hu beda inizjattiva biex tfakkar il-vittmi ta’ l-ġenoċidji madwar id-dinja. Organizazzjoni li llum qed tifrex l-għeruq tagħha barra l-Istati Uniti. 

Lil David nistaqsuh x’impatt kellu fuq ħajtu il-fatt li erba’ minn nanniet tiegħu huma persuni li rnexxielhom joħorġu ħajjin mill-kamp tal-konċentrament fejn kienu. David jirrispondi bla tlaqlieq li “ngħid li l-ewwel nett jien kont espost għall-istejjer tagħhom, ta’ kif irnexxielhom jgħixu. Kont espost sa minn età żgħira ħafna. Meta kelli tlettax-il sena, in-nannu kien ħadni fil-kamp tal-konċentrament f’Mauthausen fl-Awstrija.

Hemmhekk qalli l-istorja ta’ ħajtu. Irrakkontali b’mod emozzjonat kif missieru inqatel quddiem għajnejh. Is-sena ta’ wara, in-nannu reġa’ ħadni f’Mauthausen għas-sittin anniversarju mindu l-kamp kien inħeles. Da- kinhar kelli l-privileġġ li niltaqa’ mas-suldati Amerikani li lliberaw il-kamp u salvaw ħajjet in-nannu u l-ħajja ta’ eluf oħra. 

Minn dawn l-esperjenzi tgħallimt ħafna, fejn hu l-agħar u l-aqwa tal-umanità. Kien hawn ukoll li bdejt nirrealizza ir-responsabbilità tiegħi biex nara li ‘ma ninsew qatt’ (never forget) u ‘qatt iżjed’ (never again), ikunu għal kulħadd. 

Minn dawn l-esperjenzi, jien ukoll ħadt it-trawma. Trawma li llum niġġieled magħha minn ġurnata għall-oħra. Jien m’iniex persuna li għext ġenoċidju, imma dak li għaddew minnu in-nan- niet tiegħi, l-atroċitajiet li raw u li esperjenzaw u l-es-perjenzi tiegħi meta tkellmu dwar il-passat tagħhom, affettwawni mentalment u anke emozzjonalment. Xi drabi jkolli nispiċċa nagħmel eżerċizzji biex nitratta lili nnifsi u noħroġ minn dik is-sitwazzjoni. Dan hu importanti għalija biex inkompli għaddej bil-ħidma fil-qasam li qed fih”. 

Irridu niżguraw li dak li ġara ma jirrepetix ruħu 

Quddiem l-istejjer li sema’ mingħand in-nanniet tiegħu, staqsejnieh dwar liema hu l-messaġġ li l-aktar li jarah rilevanti għaż-żmien li qed ngħixu fih illum. 

Għal dan David iwieġeb li “nemmen li aħna għandna nikkollaboraw mal-ġenerazzjonijiet differenti u mad-differenzi li jeżistu. Dan biex niżguraw li dak li ġara fl-olokawst ma jerġax jirrepeti ruħu. Irridu nibqgħu viġilanti u naraw xi jkun qed jiġri u dan mhux għalina biss imma għal oħrajn ukoll.” David, kien waqqaf l-organizazzjoni ‘Together We Remember’. Organizazzjoni li  taħdem biex fid-dinja ma jsirux aktar ġenoċidji. 

Jgħidilna li “meta miet in-nannu, jien ridt li nonora il-memorja tiegħu. Ridt li dan isir b’mod li jkun rilevanti għaż-żmien tal-lum. Ridt li jkun jagħmel sens f’dawn iż-żminijiet li qed ngħixu, li huma ferm differenti minn dawk ta’ żmien il-gwerra din- jija. Ridt li dak li nagħmel jiġbed l-attenzjoni fil-kommunità universitarja li kont fiha dik ta’ Duke University f’Durham f’North Carolina. F’dak iż-żmien, l-Iżrael u Gaża kienu fi gwerra.

Kien hemm tensjonijiet kbar fuq il-kampus bejn studentti Lhud u dawn Musulmani. Innutajt ukoll li fl-iskejjel ma kien hemm ebda programm li jfakkar dak li ġara fl-olokawst.

Ġbart lil eqreb ħbieb tiegħi li kienu ġejjin minn gruppi differenti u ppjanajt viġilja ta’ għaxar sigħat. Din mhux biex nirrikonoxxu u nfakkru l-vittmi tal-Oloka- wst biss imma anke biex jitfakkru vittmi oħra f’ġenoċidji u atroċitajiet oħra li saru fl-istorja tad-dinja. Għamilt dan biex kulħadd iħossu milqugħ li jipparteċipa. 

Is-sena ta’ wara erġajna għamilna l-istess, imma din id-darba il-viġilja kienet ta’ 24 siegħa. Mijiet ta’ studen- ti ingħaqdu magħna. Kien minn hawn li nibtet il-viżjoni li jkollna tfakkira sinkronizzata b’mod globali. Din qed issir kull April – ix-xahar. li fih jitfakkru l-ġenoċidji. 

Irridu li sal-2048 inkunu qed ngħixu f’dinja ħielsa mill-ġenoċidji 

U l-viżjoni ta’ dawn mhix dik li jagħmel tifkira minn sena għal sena xejn minn dan. L-għan tal-moviment hu li jilħaq mira sas-sena 2048. Jisħaq li “l-għan ta’ dan il-moviment li bdejna hu li sas-sena 2048, jiġifieri fil-mitt sena anniversarju tal-‘Genocide Convention’ u mid-Dikjarazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal- Bniedem, inkunu qed ngħixu f’dinja ħielsa mill-ġenoċidji, mill-atroċitajiet tal-massa jew vjolenza marbuta mal-iden- tità.

Biex naslu hemm fadlilna nagħmlu diversi passi importanti. L-ewwelnett irridu nagħmlu narrativa ta’ tama u għaqda permezz tal-midja soċjali u dik tradizzjonali. Pass ieħor irid ikun li naraw li kommunitajiet attivi ikunu involuti fuq il-livell lokali kull sena, b’mod partikolari studenti u edukaturi.

It-tielet pass irid ikun dak li nibnu koalizzjoni inklus- siva ta’ organizazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u dan biex insaħħu l-koper- azzjoni. Irridu naraw ukoll li jkun hemm qsim ta’ pro- gramm waqt li nżidu l-in-novazzjoni u nsaħħu dak li jkun qed jaħdem tajjeb. Ma’ dawn irridu naraw li nsibu sorsi ġodda ta’ finanzjament biex niżguraw li din il-koalizzjoni tkun sostenibbli”. 

L-antisemitiżmu qed jerġa’ jerfa’ rasu… kif għandu jiġi kkontrollat? 

Ma stajniex ma nitkellmux miegħu fuq kif l-anti semitiżmu qed jerfa’ rasu. Fi kliemu stess, “illum din saret mistoqsija importanti u hemm barra hemm għadd ta’ esperti li jistgħu jiġu kkonsultati dwar dan. Mill-perspettiva tiegħi, irridu naraw li nitrattaw id-diversi tipi ta’ forom ta’ antisemitiżmu, li jiġu minn partijiet differenti tal-oqsma politiku u anke minn ġeografiji differenti.

Nemmen li m’hemmx soluzzjoni waħda li tgħodd għal kull tip ta’ anti semitiżmu. Għalhekk l-ewwel irridu nifhmu dawn it-tipi differenti ta’ anti semitiżmu u im- bagħad tara li jkun hemm interventi għalihom biex tindirizzahom. Nafu li l-edukazzjoni hi kruċjali, mhux biss fuq l-olokawst imma anke fuq ġenoċidji oħra. Din l-edukazzjoni trid tinkludi li wieħed jifhem u jħaddan il-governanza tajba u d-demokrazija.

Nixtieq għandi tweġiba sempliċi imma inti ma tistax tiżbalja meta tinvesti fi sforzi ta’ edukazzjoni inklussiva. Finalment, mexxejja influwenti u ċittadini oħra komuni, għandhom jitkellmu kontra l-antisemitiżmu kull meta jseħħ”. 

Is-simboli ta’ mibegħda u l-użu tagħhom… għandhom ikunu offiża għal min għandu kuxjenza tajba 

Nitkellmu miegħu dwar kif illum fost żgħażagħ madwar id-dinja qed ikun hemm dejjem iktar każi fejn dawn jippożaw jew jużaw is-simboli ta’ mibegħda fosthom l-iSwastika. Nistaqsuh b’mod ċar jekk tali atteġġjament joffendix persuni li kienu baqgħu ħajjin mill-olokawst.

David b’mod kategoriku jgħidilna li “dażgur li hu offensiv li tara li wieħed mill-aktar simboli ta’ mibegħda fl-istorja tad-dinja jintuża dejjem aktar frekwenti minn xi żgħażagħ. Probabbilment hu offensiv għal dawk li baqgħu ħajjin mill-olokawst. Nemmen imma li tali atteġġjament għandu jkun offensiv għal kull persuna li għandha kuxjenza tajba, u li taf eżattament dak is-simbolu xi jfisser.

Jien imbagħad jinkwetani ferm aktar l-impatt li s-simboliżmu għandu fuq is-soċjetà. In-normalizazzjoni ta’ dawn is-simboli bħala għodda biex jiċċelebraw il-mibegħda, inisslu l-biża’ u possibbilment jinkoraġixxu l-vjolenza. Għal darba oħra, hu għalhekk li l-edukazzjoni hi kruċjali u l-mexxejja m’għandhomx jittolleraw min juri dawn is-simboli ta’ mibegħda”. 

Allura,simboli ta’ mibegħda bħall-iSwastika għandhom ikunu projbiti, biex nagħtu sinjal ċar lis-soċjetà? Għal din id-domanda,  David jgħidilna li “din hi domanda li jista’ jkollha diversi risposti.  Naħseb li hemmm differenza lejn kif inħarsu lejn xi ħaġa simili fl-Istati Uniti u kif iħarsu lejha fl-Ewropa. 

M’inix ċert kemm il-projbizzjoni ta’ użu ta’ simboli simili, se tkun effettiva.  Nixtieq inkun naf aktar dwar l-esperjenza Ewropea fejn jidħlu simboli simili. It-tama tiegħi hi li l-popli għandhom ikunu edukati tajjeb biex b’hekk ma jagħm- lux użu minn ċerti simbo- li, sakemm mhux f’kuntest akkademiku biex jedukaw fuq din l-istorja imdallma tal-umanità.

Jien nemmen li għandna nagħmlu dak kollu possib- bli biex niżguraw li simbo- li ta’ mibegħda ma jkunu glorifikati u għandhom jinżammu fejn għandhom jinżammu, f’mużewijiet id- dedikati għat-tolleranza u d-demokrazija. F’dan il-qasam fadalilna ħafna x’nagħm- lu”, itemm jgħid David Estrin. 

Sport