Wednesday, July 24, 2024

Saviour Darmanin jirbaħ l-ewwel unur tal-Assikura Coach of the Round tal-istaġun

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim tan-nisa ta’ Swieqi United, Saviour Darmanin, rebaħ l-ewwel unur tal-Assikura Coach of the Round tal-istaġun.

L-eks goalkeeper internazzjonali ta’ Malta Darmanin ħa t-tmexxija tal-Owls matul is-sajf li għadda, minn idejn Judith Kuipers li mexxiet lit-tim għar-rebħ tal-Assikura Women’s Knock-Out.

Fl-ewwel rawnd ta’ logħob tiegħu fit-tmun tas-Swieqi, Darmanin mexxa lill-Owls għal ħames rebħiet fosthom rebħa importanti ta’ 1-0 fuq iċ-champions Birkirkara li temmet ir-serje twila bla telfa mill-Istripes fl-aħħar snin.

Taħt il-gwida ta’ Darmanin, Swieqi wettqu sfida serja lil Birkirkara hekk kif jinsabu wara l-Istripes b’erba’ punti meta għad fadal seba’ logħbiet għal tmiem il-kampjonat, inklużi żewġ konfronti diretti.

Ekonomija

Sport