Tuesday, May 14, 2024

ARA: “Mhux aċċettabbli li ma nistax nuża l-Malti … id-darba li jmiss nieqaf u ma nagħmilx l-intervent”

Aqra wkoll

“Din hija diskriminazzjoni mal-lingwa tiegħi li hija lingwa uffiċjali fl-Unjoni Ewropea. Din id-darba se tkun eċċezzjoni, iżda daroba oħra nieqaf u ma nagħmilx l-intervent tiegħi jekk mhux bil-lingwa Maltija”. Iddikjara dan il-Membru tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba waqt l-intervent tiegħu fil-Kumitat tax-Xogħol hekk kif ġie mċaħħad milli juża l-lingwa Maltija 

 f’intervent li kien qed jagħmel lill-Kummissarju Maltija Helena Dalli.

Wara li l-kabina tat-traduzzjoni Maltija qed titħalla vojta mingħajr interpreti Maltin, minn din il-ġimgħa ddeċieda li jitkellem bil-Malti xorta waħda sabiex jagħmel il-punt tiegħu li l-Malti jrid ikun disponibbli u aċċessibbli fil-Parlament Ewropew bħal u daqs kull lingwa oħra.

Agius Saliba qal li huwa ta’ insult għalih li jrid jindirizza Maltija bħalu bil-lingwa Ingliża għaliex il-Malti jiġi trattat bħala lingwa inferjuri fil-Parlament Ewropew.

“Ser inkompli nipprotesta bil-qawwa kollha kontra din id-diskriminazzjoni fuq ilsien pajjiżi”, Saħaq jgħid Agius Saliba.

Sport