Tuesday, April 30, 2024

Ma jinstabx ħati li qatel tfajla f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 53 sena ingħata l-libertà priviżorja wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li fil-5 ta’ Jannar tal-2016 ikkaġuna l-mewt ta’ tfajla ta’ 26 sena, Johanna Boni f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Spiteri ġie spejgat li l-inċident seħħ fi Triq tal-Labour, fejn l-akkużat Carmel Cauchi kien qiegħed isuq trakk tas-siment, filwaqt li l-vittma kienet qiegħda ssuq murtur. Apparti li kien qed jiġi mixli li kkaġuna l-mewt tat-tfajla, kien mixli wkoll li dakinhar tal-inċident ikkaġuna ħsara fil-mutur tal-vittma u li ma kellux kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq.

Fil-Qorti rriżulta li Johanna Boni tilfet ħajjitha minħabba li qabżet trakk li kien mgħobbi bil-konkos misjuq mill-akkużat. Irriżulta li minflok stenniet warajh pruvat taqbżu, bil-konsegwenza li nqabdet mar-rota tat-trakk u kompliet titkaxkar it-tul tat-triq fejn seħħ l-inċident.

Il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, ikkonkludiet li Carmel Cauchi, l-akkużat li kien qiegħed isuq it-trakk mgħobbi ma kellux kontroll fuq il-mossa li għamlet l-vittma. Il-Maġistrat Lia rrimarkat li mossa bħal dik, il-vittma Johanna Boni poġġiet ħajjitha f’tant periklu. Finalment l-akkużat ingħata l-libertà proviżorja.

Sport