Sa minn kmieni dalgħodu diversi ta’ persuni bdew jinġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Deputat u Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.
Huwa se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima aktar tard illum fit-8.30 a.m. b’quddiesa presente cadavare fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lokalità assoċjata mal-ħidma tiegħu biswit in-nies.
Tul il-vjaġġ tiegħu lejn il-Bażilika huwa ttieħed ukoll quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun fejn ingħata tislima mill-grupp parlamentari Laburista u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista li ħadem fihom għal għexieren ta’ snin.
Huma miet it-Tlieta li għadda fl-età ta’ 57 sena wara battalja mal-marda kiefra tal-kanċer. F’laqgħa tal-grupp parlamentari li saret ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela ppropona li aktar tard din is-sena, Parnis jiġi onorat mill-istat għall-ħidma li wettaq matul il-karriera politika tiegħu.
Preżenti għall-funeral kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u mart il-President Miriam Vella. Kien hemm ukoll deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti u l-eks mexxejja tal-Partit Laburista u eks Prim Ministri Alfred Sant u Joseph Muscat fost oħrajn.