Friday, April 26, 2024

Chelsea se “jisirqu” t-trasferiment ta’ Mykhailo Mudryk?

Aqra wkoll

Chelsea jinsabu viċin li “jisirqu” t-trasferiment tal-attakkant Ukren, Mykhailo Mudryk, minn taħt idejn Arsenal hekk kif id-direttur ta’ Shakhtar Donetsk, Darijo Serna deher flimkien mas-sid tal-Pensioners, Todd Boehly, waqt il-logħba kontra Manchester City. 

Srna jinsab Londra biex jiddiskuti l-futur tal-player ta’ 22 sena kemm ma’ Chelsea kif ukoll ma’ Arsenal.

Arsenal diġà raw offerta ta’ £62 miljun rifjutata mill-club Ukren.

Srna kellha wkoll ikla mal-eks stilel ta’ Shakhtar u Gunners Willian u Eduardo qabel il-logħba bejn Chelsea u Manchester City. 

It-talba ta’ Shakhtar hija ta’ £85 miljun u filwaqt li Arsenal mhux se jħallsu aktar minn £70 miljun, Chelsea mistennija jilħqu ċ-ċifra mitluba minn Shakhtar. 

Iżda jidher li Mudryk huwa aktar miġbud lejn il-Gunners. 

Sport