Wednesday, April 24, 2024

ARA: Mill-anqas żewġ persuni jitilfu ħajjithom fi splużjoni f’Madrid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas żewġ persuni mietu fi splużjoni qawwija fiċ-ċentru ta’ Madrid. Il-midja Spanjola qiegħda tirrapporta li l-isplużjoni seħħet viċin skola u filmati li qed jinxterdu fuq il-midja soċjali juru tifrik imxerred ma’ kullimkien.

Is-Sindku tal-belt kkonferma li skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-kawża tal-isplużżjoni kienet xi ħruġ ta’ gas. Rapporti oħra indikaw li l-iskola msemmija kienet qiegħda tilqa’ biss ftit studenti miħabba li ħafna mill-klassijiet kienu għadhom mhux jattendu minħabba l-borra li niżlet fil-kapitali Spanjola fl-aħħar jiem.

Rapporti mhux konfermati oħra qed jirrappurtaw ukoll dwar għadd ta’ persuni li kellhom jingħataw kura minħabba ħruq li sofrew. Oħrajn inħakmu minn paniku.

Sport