Friday, July 19, 2024

ARA MIN ĠIE ELETT ILLUM

Aqra wkoll

Fl-ewwel jum minn tlieta li fihom qed jingħaddu l-voti tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista rnexxielu jirbaħ il-maġġoranza fi 15-il lokalità kontra t-8 tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja li l-PN kiseb l-akbar ammont ta’ voti fil-lokalità tal-Mellieħa, b’danakollu s-Sindku mistenni li jkun elett waqt l-ewwel laqgħa tal-Kunsill minħabba li ż-żewġ partiti ġabu siġġijiet indaqs. Għall-ewwel darba l-Partit Laburista rebaħ il-Kunsill Lokali tal-Għasri u żamm il-maġġoranza f’Pembroke fost l-oħrajn.

BIRŻEBBUĠA
Il-lokalità ta’ Birżebbuġa ntrebħet mill-Partit Laburista b’Scott Camilleri se jkun is-Sindku. F’isem il-PL ġew eletti wkoll Josette Busuttil, Alexander Caruana, Maria Mifsud, Ivan Abela Grech u Rohasia Zammit. Għall-PN ġew elettti Johann Borg, Karel Zahra u Darren Mark Debono.
It-turnout f’din il-lokalità kienet ta’ 61.3%. Voti validi kien hemm 5,175 u voti invalidi kien hemm 377.

SAN ĠILJAN
Il-Partit Nazzjonalista rebaħ din il-lokalità bi Guido Dalli jkun elett Sindku. Għall-PN kienu eletti wkoll Sean Gauci, Gabriel Carl Borg Ferrando, Victor Vella, Patricia Camilleri u Rita Dimech Portelli. Għall-PL ġew eletti Mario Amaira, David Caruana u Carlo Mifsud.
F’din il-lokalità vvotaw 3,956 minn 13,414 li kienu eleġibbli biex jivvutaw. Voti validi kien hemm 3,776 u voti invalidi 180,

ĦAL TARXIEN
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista fejn Joseph Abela Galea ġie elett bħala Sindku. Flimkien miegħu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien f’isem il-PL se jkun hemm Darlene Vella, Dasier D’Amato, Nicole Farrugia u Neil Portelli. Għall-PN ġew eletti Anabelle Marmarà u Glenn Gerald Urry.
Eleġibbli biex jivvutaw f’din il-lokalità kien hemm 7,849. Voti mitfugħa kien hemm 5,691 li minnhom 5,456 kienu validi u 235 kienu invalidi.

L-IKLIN
It-turnout f’din il-lokalità kien ta’ 69.4%. Voti validi kien hemm 1,943 u voti invalidi – 127. Fl-Iklin, il-Partit Nazzjonalista tella’ tliet kandidati li huma Dorian Sciberras bħala Sindku flimkien mal-kandidati Yvonne Bartolo u Mary Grace Gusman. F’isem il-Partit Laburista telgħu Mario Fenech u Matthew Fenech.

IŻ-ŻURRIEQ
Il-lokalità taż-Żurrieq intrebħet mill-Partit Laburista fejn it-turnout kien ta’ 74.9%. Voti validi kien hemm 7,587 u dawk invalidi kienu jammontaw għal 412.
Is-Sindku Laburista se tkun Rita Grima filwaqt li f’isem il-PL kienu eletti wkoll Natius Farrugia, Marisa D’Amato, Kenneth Farrugia, Jeremy Coleiro u Daniel-Michael Muscat. Għall-PN ġew eletti Kyle Mifsud, Dino Bonnici u Marylyn Sammut.

SAN PAWL IL-BAĦAR
F’San Pawl il-Baħar ivvotaw 8,850 minn 28,519 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (31%). Voti validi kien hemm 8,360 u vodi invalidi 490.
Il-Partit Nazzjonalista rebaħ din il-lokalità u bħala Sindku se jkun hemm Vincent Galea. Għall-PN ġew eletti wkoll Chris Vella Petroni, Alexander Agius, Anne Marie Fenech, Rachel Antoinette Williams, Antoinette Bezzina u Sandra Smart Constantino. F’isem il-PL kienu eletti Alfred Grima, Daryl Connor, Alan Bugeja, Joseph Matthew Attard u Clevion Micallef. Għall-AD+PD kienet eletta Sandra Gauci.

TA’ XBIEX
F’Ta’ Xbiex ivvutaw 1,015 minn 2,079 eleġibbli biex jivvutaw. Voti validi kien hemm 972 mentri voti invalidi kien hemm 43.
Il-PL rebaħ din il-lokalità b’Max Zammit se jkun is-Sindku filwaqt li għall-PL kienu eletti wkoll Sarah Borg u Ronnie Portelli. F’isem il-PN kienu eletti Louise Cachia Castelletti u Eugenio Muscat.

SANTA VENERA
It-turnout f’Santa Venera kien ta’ 67.6%. Voti validi – 4,373 u voti invalidi – 244.
Il-Partit Laburista rebaħ din il-lokalità b’Gianluca Falzon ikun elett Sindku u ġew eletti wkoll f’isem il-PL dawn il-kandidati: Stephen Sultana, Darren Grech u Silvio Vella. Għall-PN ġew eletti Karl Carabott, Joseph Vella u Roberta Adriana Sultana.

GĦAJNSIELEM
F’Għajnsielem, it-turnout kien ta’ 62.5%. Voti validi 2,166 u voti invalidi 137. Il-PN rebaħ din il-lokalità b’Kevin Cauchi se jkun is-Sindku. F’isem il-PN ġew eletti wkoll Joseph Debono, Stephen Mercieca u Teddy Saliba. F’isem il-PL kien elett Larry Buttigieg.

IL-MELLIEĦA
Il-Mellieħa vvutaw 6,475 minn total ta’ 12,738 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (50.8%). Voti validi kien hemm 6,178 u voti invalidi 297.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista, iżda l-Partit Laburista ġab l-istess ammont ta’ siġġijiet minħabba li tela’ kandidat indipendenti. Allura s-Sindku se jkun qiegħed jintgħażel waqt l-ewwel laqgħa tal-Kunsill.
Għall-Partit Laburista ġew eletti Rebecca Bartolo Cutajar, John Buttigieg, Kurt Buttigieg, John Buttigieg, Cauchi Jude filwaqt li għal Partit Nazzjonalista ġew eletti Emvin Bartolo, Corinne Castillo, Loridana Damanin u Gabriel Micallef.

PEMBROKE
F’Pembroke vvutaw 1,978 minn total ta’ 3,168 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (62.4%). Voti validi kien hemm 1,840 u voti invalidi 138.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Kaylon Zammit. Għall-Partit Laburista ġew eletti wkoll Adrian Ellul u Raymond Lanzon mentri għal Partit Nazzjonalista ġew eletti Therise Abela u Charles Cesare.

IŻ-ŻEJTUN
Iż-Żejtun vvutaw 7,963 minn total ta’ 10,580 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (75.3%). Voti validi kien hemm 7,506 u voti invalidi 457.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Joan Agius. Għall-Partit Laburista ġew eletti Anthony Aquilina, Christian Attard, Dorcas Camilleri, Raymond Caruana, Luke Doublet u Ivan Giardina filwaqt li għal Partit Nazzjonalista ġew eletti Enya Abela u Roderick Caruana.

L-IMQABBA
Fl-Imqabba vvutaw 2,292 minn total ta’ 3,033 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (75.6%). Voti validi kien hemm 2,173 u voti invalidi 119.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Marie Grace Zerafa. Għall-Partit Laburista ġew eletti wkoll Patrick Ghigo u Jonathan Dingli filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Noel Galea u Owen Sciberras.

IL-QRENDI
Fil-Qrendi, it-turnout kien ta’ 74.5%. Voti validi kien hemm 1,846 u voti invalidi 154. Il-Partit Laburista rebaħ din il-lokalità u David Michael Schembri ġie elett bħala Sindku. Għall-PL ġew eletti wkoll Marion Parnis u Anthen Sacco filwaqt li għall-PN ġew eletti Karmenu Farrugia u Nina Skye Briffa.

IL-BELT VALLETTA
F’din il-lokalità vvutaw 3,372 minn total ta’ 5,303 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (63.6%). Voti validi kien hemm 3,263 u voti invalidi 109.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Olaf Mc Kay. Għall-Partit Laburista ġew eletti wkoll Raymond Azzopardi, Daniel Diacono u Alfred Zammit filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Roberta Bonello u Ylenia Montfort.

ĦAŻ-ŻEBBUĠ
Ħaż-Żebbuġ vvutaw 8,332 minn total ta’ 11,615 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (71.7%). Voti validi kien hemm 7,948 u voti invalidi 384.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Joseph Agius. Għall-Partit Laburista ġew eletti Paul Baldacchino, Godwin Grech u Ayrton Mizzi filwaqt li għal Partit Nazzjonalista ġew eletti Mario Attard, George Cortis u Mazzola Paul. F’dan il-Kunsill ġiet eletta wkoll bħala Kandidat Indipendenti Lilibeth Zammit
Lupi.

IN-NADUR
It-turnout fin-Nadur kien dak ta’ 69.0%. Voti validi kien hemm 2,975 u voti invalidi 165.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista u bħala Sindku se jkun hemm Edward Said. Għall-PL ġew eletti Corey Cardona u Rebecca Vella filwaqt li għall-PN ġew eletti Eucharist Camilleri, Josef F. Camilleri u Kevin Curmi.

IL-MARSA
Il-Marsa vvutaw 2,562 minn total ta’ 3,734 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (68.6%). Voti validi kien hemm 2,443 u voti invalidi 119.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Luke Farrugia. Għall-PL ġew eletti wkoll Josef Azzopardi, Joseph Cachia, Anthony Meilak, Joseph Scerri u Dominic Spencer, filwaqt li għall-PN ġiet eletta Gloria Aquilina.

IL-FONTANA
Il-Fontana vvutaw 715 minn total ta’ 936 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (76.4%). Voti validi kien hemm 695 u voti invalidi 20.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista u bħala Sindku se jkun hemm Thomas Mizzi. Għall-PL ġew eletti Horace Micallef u Carmelo Micallef filwaqt li għall-PN ġew eletti Joseph Mercieca u Ivana Mizzi.

ĦAL BALZAN
Il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-lokalità ta’ Ħal Balzan b’Angelo Micallef se jkun is-Sindku. Għall-PN kienu eletti wkoll Edward Grech, Annalise Galea u Mary Louise Briffa. F’isem il-PL kien elett Oliver Nicholas De Gaetano.
It-turnout f’Ħal Balzan kien ta’ 67.1%.Voti validi kien hemm 2,662 u invalidi 2,582.

ĦAD-DINGLI
Il-lokalità ta’ Ħad-Dingli ntrebħet mill-Partit Laburista, b’Raymond Schembri bħala Sindku. F’isem il-PL kienu eletti Miguel Abela u Ryan Tanti. F’isem il-PN kienu eletti Jean Paul Barbara u Jean-Toin Magri.
It-turnout f’Ħad-Dingli kien ta’ 79.6%.Voti validi kien hemm 2,706 u invalidi 126.

L-GĦASRI
L-Għasri vvutaw 402 minn total ta’ 593 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (67.8%). Voti validi kien hemm 389 u voti invalidi 13.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Daniel Attard. Għall-Partit Laburista ġew eletti Sammy Saliba u Elizabeth Mintoff filwaqt li għal Partit Nazzjonalista ġew eletti Emanuel Mintoff u David Felice Pace.

IX-XEWKIJA
Fix-Xewkija vvutaw 2,369 minn total ta’ 3,357 li kienu eleġibbli biex jivvotaw (70.6%). Voti validi kien hemm 2,239 u voti invalidi 130.
Din il-lokalità ntrebħet mill-Partit Laburista u bħala Sindku se jkun hemm Simona Refalo. Għall-Partit Laburista ġew eletti wkoll Paul Azzopardi u George Zammit filwaqt li għall-PN ġew eletti Josef Charles Hili u Jeanelle Attard.

Ekonomija

Sport