Saturday, July 20, 2024

Imwaqqaf bord għal titjib fil-karti tal-eżami

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħabbar li kien waqqaf bord għal rakkomandazzjonijiet għal titjib fil-karti tal-eżami.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħmel referenza għal mistoqsija partikolari li saret fil-karta tal-eżami tal-Malti fl-iskejjel sekondarji.

Il-ministeru jippreċiża li l-ebda ministeru ma jkollu aċċess la għall-karti u lanqas għall-kontenut tal-eżami. Hemm strutturi u proċeduri awtonomi li ilhom hemm snin u li qegħdin hemm speċifikament biex jassiguraw li l-proċess ikun immexxi minn nies tekniċi fi gradi differenti fis-settur edukattiv, bl-ebda interferenza fuq livell politiku u lanqas fuq livell amministrattiv.

L-istqarrija tgħid li l-ministeru se jwaqqaf bord biex jistabbilixxi l-fatti u joħroġ numru ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jwasslu għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu għal titjib fis-sistema kurrenti.

Ekonomija

Sport