Friday, May 17, 2024

ARA: Mit-Tnejn se tibda tintuża l-underpass li tieħdok lejn Ħal Far

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn nhar it-Tnejn li ġej, il-proġett tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) se jidħol f’fażi oħra fejn se jinfetħu korsiji ġodda u anke parti mill-underpass li tieħdok lejn Ħal Far. 

YouTube video

Fi briefing lill-ġurnalisti dwar l-andament tal-proġett, ġie spjegat kif diġà tlesta 80% ta’ dan il-proġett. Il-Perit Anton Zammit spjega li mit-Tnejn, it-traffiku minn Vjal il-Gudja se jgħaddi dirett lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop billi se tintuża r-roundabout. 

Sadanittant, il-Perit Zammit spjega wkoll li se tkun qiegħda tintuża parti mill-underpass il-ġdida għas-sewwieqa li jridu jmorru fid-direzzjoni lejn Ħal Far. Dawk li jiġu min dawret il-Gudja, iridu jmorru parti lejn Ħal Luqa, jagħmlu u-turn u wara jinżlu u jużaw l-underpass li għalissa se tibda taħdem b’karreġġjata waħda. 

It-tielet bidla tikkonċerna lil dawk ġejjin minn Birżebbuġa jew li ħerġin mill-ajruport, fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa. Dawn se jkunu jistgħu jgħaddu lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, iduru mar-roundabout u jerġgħu lura lejn Ħal Luqa. Din id-devjazzjoni hi temporanja sakemm jitlesta x-xogħol fuq l-underpass.

Sport