Sunday, December 22, 2024

ARA: “Naf ħafna nies li mietu bl-asbestos u li kienu jaħdmu spalla ma’ spalla miegħi”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara l-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbar kumpens lill-eks ħaddiema tat-Tarzna esposti għall-asbestos, dan is-sit tkellem ma’ Alfred Curmi li 46 sena minn ħajtu qattagħhom jaħdem fit-Tarzna u li wkoll sofra mill-effetti tal-asbestos. Huwa qalilna li: “kont tifel ta’ 14-il sena u konna naħdmu fuq il-laneċ tal-gwerra. Naħseb li dak iż-żmien l-iktar li kienu hawn periklu bl-asbestos fuq dawn il-laneċ.

“Spiċċajt biex kelli mmur għand it-tobba u qaluli li għandek patches fil-pulmun tal-asbestos imma periklu ma tantx hemm għax ma jikbrux imma l-uġigħ kultant waħdu jiġi u waħdu jmur.

“Meta sirt charge-man u anke shop steward bdejt naħdem kontra din il-marda. Anke fil-Kumitat tax-Xogħol kont Ċermen fis-sezzjoni tagħna. Kont ukoll ngħallem lin-nies u sifirt ukoll mal-union biex nieħu aktar informazzjoni.”

Is-Sur Curmi qalilna li kienu ma kienx għal dan il-Gvern lanqas biss kienu joħolmu li jingħataw dan il-kumpens. “Mhux biss lilna ta, imma anke lir-romol li żmienhom mietu. Tgħidx kemm naf nies li mietu bl-asbestos. Kienu jaħdmu miegħi spalla ma’ spalla.”

YouTube video
Ekonomija

Sport