Wednesday, March 27, 2024

ARA: New York jidfen il-vittmi tal-coronavirus f’oqbra tal-massa

Aqra wkoll

YouTube video

Filmati xokkanti li qed jiċċirkolaw fuq l-internet juru numru ta’ twiebet jindifnu f’oqbra tal-massa fil-belt ta’ New York. Dan hekk kif in-numru tal-imwiet kompla tiela’ b’mod sinjifikanti.

Ħaddiema lebsil ilbies protettiv dehru jistivaw twiebet tal-injam f’gandotti kbar li tħaffru fil-jiem li għaddew fil-Gżira ta’ Hart.

L-istat ta’ New York issa għandu ħafna aktar każi ta’ persuni infettati bil-coronavirus minn kwalunkwe pajjiż ieħor madwar id-dinja. Dan hekk kif mal-162,000 persuna ġew infettati bil-Covid-19, b’7,067 imutu.

Spanja min-naħa l-oħra s’issa rreġistrat 157,000 każ ta’ persuni infettati bil-coronavirus, l-Italja 143,600, filwaqt li ċ-Ċina 82,000 każ.

Ekonomija

Sport