Sunday, December 22, 2024

ARA: “Nirrakkonta storja dwar in-nanna li qatt ma rajt”

Amy Farrugia tniedi kanzunetta bil-Malti “Tracksuit Vjola”

Aqra wkoll

“F’din il-kanzunetta qed nirrakkonta storja dwar mara, li hija n-nanna tiegħi li jien qatt ma rajt minħabba li kont għadni lanqas twelidt meta mietet… Pawla Vella li kienet mietet f’inċident tat-traffiku fl-1991.”

Hekk tgħid Amy Farrugia, kantanta ta’ 17-il sena li ftit tal-jiem ilu nediet kanzunetta bil-Malti bl-isem ta’ “Tracksuit Vjola”.

Amy tgħid ma’ dan is-sit li din il-kanzunetta hija bbażata fuq storja li kitbet ommha dwar l-aħħar mumenti ta’ meta hi stess kienet għadha żgħir u ommha (in-nanna ta’ Amy) mietet f’inċident tat-traffiku. Fl-istorja omm Amy tikteb li kienet qiegħda tistenna lil ommha, libsa tracksuit vjola li kienet lestitilha hi stess biex x’ħin tiġi lura joħorġu flimkien. Iżda sfortunatament qatt ma ġiet lura minħabba li mietet f’inċident tat-traffiku.

Il-kantanta tgħid li l-istorja għaddewha lil Lon Kirkop li imbgħad biddel kollox biex ħoloq din il-kanzunetta li ġibdet il-widna tal-bosta.

Amy tgħid li l-ħsibijiet tagħha għal futur huma sbieħ ħafna hekk kif għandha l-ħsieb li tikkompeti f’diversi festival ta’ preġju u anke toħroġ aktar kanzunetti.

Mistoqsija għal din il-kanzunetta nkitbet bil-Malti, Amy tgħdi li hi tħobb ħafna l-lingwa Maltija u l-awtur seta’ joħroġ aktar l-emozzjoni bil-Malti.

Ekonomija

Sport