Għad-disa’ sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali tal-Fgura, bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità tat-Trasport, organizza l-attività tal-Car Free Day.
Din l-attività ttellgħet illum bejn it-8.00a.m. u s-2.00p.m. fi Triq Hompesch, bejn Triq il-Karmnu u Triq is-Sur ġewwa l-Fgura.

Għal din l-attività ma naqsux milli jiġi organizzati numru ta’ attivitajiet sportivi kif ukoll edukattivi li ġew milqugħa b’mod pożittiv minn nies preżenti. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet kienu jinkludu logħob għat-tfal, tagħlim ta’ sewqan ta’ rota b’mod sigur u xows edukattivi mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-K9 dogs.
Jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet kien hemm il-mistiedna speċjali Jomike Agius u ibnu Lydon li allegraw lill-pubbliku b’diversi makjetti.
