Monday, May 13, 2024

Tifel ta’ tliet snin jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza

Aqra wkoll

Tifel ta’ tliet snin mill-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00p.m. fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-karozza tat-tip Kia Avella kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.

It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport