Manchester United jinsabu favoriti biex jassiguraw il-firma tal-istilla ta’ Borussia Dortmund Jude Bellingham fis-sajf li ġej.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena qed ikompli jimpressjona għall-club u pajjiżu minn meta għamel il-pass lejn il-Ġermanja mingħand Birmingham City is-sena li għaddiet u beda l-istaġun 2021-22 b’żewġ goals u tliet assists minn sitt logħbiet fil-Bundesliga u fiċ-Champions League.
Bellingham kien viċin li jiffirma ma’ Man United qabel ma fl-aħħar iddeċieda li jmur jilgħab fil-Bundesliga, iżda l-kuntatt preċedenti tar-Red Devils maż-żagħżugħ jista’ allegatament jibbenefikahom fil-battalja għas-servizzi tiegħu s-sena d-dieħla.
Bellingham – li kien ukoll marbut ma’ Chelsea u Liverpool – jinsab taħt kuntratt fil-Westfalenstadion sal-2025.