Monday, May 13, 2024

“Il-marda ma tieqaf tipprogressa qatt… il-ftit movimenti f’idejja u saqajja telqu wkoll”

Aqra wkoll

Bjorn Formosa, il-Fundatur ta’ ALS Malta, qal li l-marda ma tieqaf tipprogressa qatt iżda tibqa’ għaddejja kultant b’rittmu iktar bil-mod.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Bjorn qal li dawn l-aħħar ġimgħat qed ikollu ħafna problemi biex jiekol għax qed jixraq kull meta nibla.

“Qed ikolli ħafna choking episodes li kultant ikunu tal-biża’ għax litteralment tibda tifga, kif ukoll il-ftit movimenti li kelli f’idejja u saqajja telqu wkoll,” qal Bjorn.

Żied jgħid: “Dejjem nistennew x’inhi d-diżabilità l-ġdida li ħa titfaċċa iktar ma jgħaddi ż-żmien. Iżda dan mhux jien biss nesperjenzah imma kull min għandu l-ALS jgħaddi minn dan il-martirju kollu.”

Huwa temm b’appell biex kull min jista’ nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru jgħinu jiftaħ it-tieni dar billi jibgħat xi donazzjoni.

Sport