Illum għaddiet sena minn meta din il-familja tilfet lit-tifla għażiża tagħha, u l-ġenituri tagħha għadhom qed jippruvaw isibu s-saħħa biex ikomplu jgħixu minkejja l-uġigħ kbir li ħalliet warajha din it-telfa.
F’messaġġ emozzjonanti, il-ġenituri qasmu s-sentimenti tagħhom u ddeskrivew kif, minkejja li b’xi mod jirnexxilhom iqumu kuljum u jkomplu bil-ħajja, qalbhom tibqa’ mkissra f’elf biċċa.
“Id-dinja tibqa’ ddur u l-ġranet jibqgħu għaddejjin, iżda parti minna marret miegħek dakinhar,” kitbu l-ġenituri fuq il-midja soċjali.
Huma spjegaw li wieħed qatt ma jgħaddi għal kollox minn telfa bħal din, iżda jitgħallem jgħix b’uġigħ li qatt ma jitlaq.
Il-ġenituri qalu kemm jimmisjaw il-vuċi tagħha, it-tbissima tagħha, it-tgħanniq tagħha u kull ħaġa żgħira li kienet tagħmilha tant speċjali għalihom.
“Għal dejjem tibqa’ t-tifla tagħna, il-farfett sabiħ tagħna. Sakemm nerġgħu nżommuk f’dirgħajna,” temmew jgħidu f’messaġġ mimli mħabba u nostalġija.
Huma għalqu l-messaġġ billi assigurawha li se jibqgħu jħobbuha għal dejjem, illum, għada u dejjem.
