Persuna ġibdet filmat xokkanti ta’ mara li bdiet tiġi fgata minn Pulizija waqt arrest vjolenti li seħħ f’Melbourne. Jidher li dan kollu seħħ għax il-mara ma kinitx liebsa maskra protettiva.
Il-Pulizija beda jkellem lill-mara li kienet bla maskra. F’Melbourne hi obbligatorja li kulħadd jilbes il-maskra, inkella jeħel multa ta’ $200. Iżda minn hemm is-sitwazzjoni eskalat bil-kbir, hekk kif l-uffiċjal poġġa idejh madwar għonqha u l-mara bdiet tgħajjat li qed jifgaha.
Fil-filmat jidher ukoll li l-Pulizija jimbotta lill-mara mal-ħajt u din tagħti daqqa ta’ sieq f’sider l-uffiċjal.
Jidher li din it-tfajla kellha permess mingħand tabib biex ma tilbisx il-maskra.
Eventwalment il-mara ġiet arrestata u akkużata li rreżistiet l-arrest u li aggrediet lill-Pulizija.