Friday, December 27, 2024

ARA: “Qatt m’emmint f’xejn iktar milli emmint fina t-tnejn!” 

Tipproponi lis-sieħba tagħha fil-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride f'Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qiegħda ninżel għarkupptejja quddiemek għax qatt ma emmint f’xejn iktar milli emmint fina t-tnejn”. Dan kien il-kliem li seraq ix-xena waqt l-attivitajiet li fetħu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride f’Għawdex ilbieraħ filgħaxija. Waqt spettaklu mimli kuluri u wirjiet minn kantanti bravissimi lokali, Oriana dehret tinżel għarkupptejha quddiem Steph u f’erba’ kelmiet mħejjija sew qalitilha li kien ilhom jitkellmu dwar ix-xewqa li jingħaqdu fiż-żwieġ u għalhekk iddeċidiet li tkun hi li tieħu dan il-pass tant importanti f’ħajjithom.

Steph min-naħa tagħha dehret deċiża ferm tant li mingħajr pawża weġbitha lura “ovja li rrid” sakemm il-folla tan-nies preżenti nfexxet iċċapċap f’mument mill-isbaħ li fih kompla joħroġ is-sinifikat tal-imħabba li wara kollox huwa l-motiv ta’ dawn l-attivitajiet li qiegħed jospita pajjiżna.

Minn qalbna nawgurawlhom futur mill-isbaħ flimkien.

Ekonomija

Sport