Thursday, May 16, 2024

UCL tan-Nisa: Birkirkara eliminati

Aqra wkoll

L-avventura tat-team tan-Nisa ta’ Birkrikara fil-UEFA Champions League, intemmet is-Sibt meta fil-”finali” ta’ Grupp 11 tar-round taċ-Champions Path, sfaw megħluba mit-team Svizzeru ta’ Zurich, bl-iskor ta’ 3-1. 

It-tliet goals tal-avversarji waslu minn Seraina Piubel (34), Vanessa Bernauer (54) u Viktoria Pinther (79) … b’Valentina Rapa (84) tnaqqas il-marġni tal-iskor fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud.  

Fl-ewwel partita, l-Istripes  għelbu lil Breznica tal-Montenegro bl-iskor ta’ 1-0 biex ikkwalifikaw għal din il-finali hekk kif dan il-mini-tournament, li ntlagħab fis-Centenary Sta­dium, kien wieħed triangulari. 

Sport