Sunday, November 24, 2024

ARA: Rabja għal raġel li qabeż minn għoli għal ġol-baħar f’St Peter’s Pool

Ċapċipa mal-qabża tiegħu ma damitx ma nbidlet f'paniku hekk kif ma deherx tiela' f'wiċċ il-baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Filmat li qiegħed jiċċirkola fil-midja juri raġel li kien qiegħed juri biċ-ċar il-ħsibijiet tiegħu li jaqbeż minn għoli għal ġol baħar f’St Peter’s Pool tant li xi persuni li kienu preżenti ġibdu anke filmati tal-inċident.

Skont persuna li tkellmet ma’ Talk.mt qalitilna li għall-ewwel il-qabża tar-raġel kienet segwita minn ċapċipa kbira minn fost dawk preżenti, iżda din ma damitx ma nbidlet f’paniku hekk kif ir-raġel ma deherx tiela’ lura f’wiċċ il-baħar.

Minnufih kien hemm persuni li kienu fil-baħar li għamu lejn sakemm persuni oħra sejħu għall-assistenza.

L-istess persuna li tkellmet magħna qalet li għalkemm għall-ewwel ħasbu li r-raġel kien sofra ġrieħi serji, kif ittella’ u ġie megħjun jitla fuq il-blat jidher li kien hemm sinjali pożittivi tant li r-raġel saħanistra kkomunika mal-mediċi.

Intant filwaqt li huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, bosta kienu dawk li rreaġixxew b’rabja għall-fatt li skonthom imġiba irresponsabbli wasslet biex nqalgħu diversi uffiċjali inklużi pulizija mis-sezzjoni tal-RIU, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku fost l-oħrajn, liema uffiċjali setgħu faċilment komplew b’xogħol ieħor li ma jistax jiġi evitat.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport