Thursday, December 19, 2024

ARA: Raġel l-isptar wara li karozza ħadet in-nar f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Persuna kellha tittieħed l-Isptar wara li vettura ħadet in-nar in-naħa tal-Gillieru, għall-ħabta tat-7:45 a.m, f’San Pawl il-Baħar.

Minnufih il-Pulizija ġew infumati bil-każ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien hemm raġel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar mixħut fl-art.

Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku assistew il-persuna li nstabet biswit il-karozza. Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li r-raġel ma sofriex ħruq jew ġrieħi, però huwa kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei minħabba li kien qed isofri minn xokk.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport