“Illum kellek il-birthday qalbi kieku għalaqt 21 kemm xtaqtek li kont għadek hawnhekk magħna. Xorta għaminielek xi ħaga bħal li kieku kont tixtieq. Se tibqa’ f’qalbi tibqa’ sakemm nerġgħu niltaqgħu”.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/366925919_1825119727902468_4651603860311493618_n-1024x768.jpg)
Iddikjarat dan is-sieħba ta’ Jean Paul Sofia wara ċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-21 sena tiegħu. Kelly Grech kompliet biex tinidirizza lil Jean Paul Sofia u qaltlu li minnu għandha anġlu sabiħ jaraha anke jekk telaqha wisq żgħir. Kompliet biex tfakkru kemm xtaqet li kellhom l-opportunità li jagħmlu aktar memorji u ritratti flimkien imma d-destin kien wieħed kiefer wisq.
“Jien mhux għarus biss tlift, imma kollox inħossni. Dakinhar tal-inċident ħajti inbidlet kompletament. Tlift tifel bħalek lanqas stajt nemmen u għadni sal-lum nitlob li ħolma kerha u ġranet bħal dawn huma uġigħ kbir għalina”, żiedet tgħid Kelly.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/08/Screenshot-2023-08-14-at-13.25.21-737x1024.png)
Madanakollu hija qalet li tħoss li Jean Paul kien hemmhekk waqt il-lejla li kellu jiċċelebra żmienu u għalhekk kuntenta li organizzatlu l-festin.
“Sakemm nerġa’ niltaqa’ miegħek, nara dik it-tbissima li kellek u tgħannaqni u tbusni bħalma kont tagħmel”, temmet tiktiblu Kelly.
Ara l-filmat kollu minn hawn taħt:
https://www.facebook.com/100012133756656/videos/pcb.1825120634569044/261049993503755