Monday, May 13, 2024

ARA: “Sakemm nerġa’ nara dik it-tbissima, tgħannaqni u tbusni bħalma kont tħobb tagħmel”

Il-sieħba ta' Jean Paul Sofia b'filmat ta' qsim il-qalb f'għeluq sninu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Illum kellek il-birthday qalbi kieku għalaqt 21 kemm xtaqtek li kont għadek hawnhekk magħna. Xorta għaminielek xi ħaga bħal li kieku kont tixtieq. Se tibqa’ f’qalbi tibqa’ sakemm nerġgħu niltaqgħu”.  

Iddikjarat dan is-sieħba ta’ Jean Paul Sofia wara ċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-21 sena tiegħu. Kelly Grech kompliet biex tinidirizza lil Jean Paul Sofia u qaltlu li minnu għandha anġlu sabiħ jaraha anke jekk telaqha wisq żgħir. Kompliet biex tfakkru kemm xtaqet li kellhom l-opportunità li jagħmlu aktar memorji u ritratti flimkien imma d-destin kien wieħed kiefer wisq.

“Jien mhux għarus biss tlift, imma kollox inħossni. Dakinhar tal-inċident ħajti inbidlet kompletament. Tlift tifel bħalek lanqas stajt nemmen u  għadni sal-lum nitlob li ħolma kerha u ġranet bħal dawn huma uġigħ kbir għalina”, żiedet tgħid Kelly.

Madanakollu hija qalet li tħoss li Jean Paul kien hemmhekk waqt il-lejla li kellu jiċċelebra żmienu u għalhekk kuntenta li organizzatlu l-festin. 

“Sakemm nerġa’ niltaqa’ miegħek, nara dik it-tbissima li kellek u tgħannaqni u tbusni bħalma kont tagħmel”, temmet tiktiblu Kelly.

Ara l-filmat kollu minn hawn taħt:

https://www.facebook.com/100012133756656/videos/pcb.1825120634569044/261049993503755

Sport