Wednesday, December 25, 2024

Ara se meta tista’ tiġbor id-dokument tal-vot tiegħek

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh personalment mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.

Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:

It-Tnejn 21, it-Tlieta 22 u l-Erbgħa 23 ta’ Marzu, 2022: mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm

Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022 (l-aħħar jum): mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl

Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità personalment.

L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati fuq Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċi versa, lill-votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun.  Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lil min se juża dan is-servizz biex ma jħallix sal-aħħar jum (6.00 p.m. tal-24 ta’ Marzu, 2022) minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li mgħandhiex kontroll fuqhom (eż. maltemp) ma jkunx possibbli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilit.

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta’ email fuq [email protected]jew permezz ta’ formola, liema formola tista’ tintbagħat jew b’mod personali jew permezz ta’ email

Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-21 sal-24 ta’ Marzu, 2022 u dan isir personali mill-votant billi juri l-Karta tal-Identità.

Ekonomija

Sport