Friday, April 26, 2024

ARA: Sitwazzjoni delikata wara tixrid ta’ żejt fil-Marsa … il-ħidma mistennija tieħu sigħat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sewwieqa li se jgħaddu mill-flyover tal-Marsa għandhom isuqu b’attenzjoni aktar mis-soltu minħabba kwantità kbira ta’ żejt tal-ikel li xxerred aktar kmieni. 

YouTube video

Il-parti tal-flyover li minn Triq Garibaldi fid-direzzjoni lejn Triq Aldo Moro tinsab magħluqa għat-traffiku, filwaqt li ż-żejt qed jiskula għal fuq it-toroq ta’ taħt ukoll minħabba l-kwantità kbira ta’ żejt. 

Ma setax jonqos li kawża ta’ dan l-inċident tinġema’ konġestjoni ta’ traffiku kbira. Fuq il-post hemm Uffiċjali tal-LESA u Transport Malta biex jidderiġu t-traffiku, waqt li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu wkoll fuq il-post għaddejjin b’ħidma delikata biex jeliminaw il-periklu.

Sport