Tfajla għadha kemm iddaħħlet fil-Port tal-Imġarr wara li aktar kmieni sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum fi Blue Lagoon.

Fil-port kien hemm jistenna tim mediku li ta l-ewwel assistenza lit-tfajla sakemm hija setgħet tittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar attenzjoni medika.

Intant aktar kmieni kien hemm twissija ħamra rigward l-għawm fiż-żona. B’xorti tajba kien hemm uffiċjali ta’ salvataġġ li taw assitenza immedjata lit-tfajla.