Sunday, November 10, 2024

ARA: tifel ċkejken b’diżabbilità qata’ xewqtu wara li seta’ jinżel fil-baħar u ħass l-ilma jtir fuqu

Aqra wkoll

Fl-Ingilterra, tifel ċkejken li għandu d-diżabbilità sa fl-aħħar qata’ xewqtu hekk kif seta’ jinżel fil-baħar permezz ta’ siġġu tar-rotti apposta għall-baħar. Bi dmugħ f’għajnejha, l-omm spjegat li ma tistax tinsa d-daħka tiegħu hekk kif niżluh fl-ilma. 

It-tifel ibati minn quadriplegic cerebral palsy li taffettwa kemm id-dirgħajn kif ukoll iis-saqajn. Kultant tiista’ taffettwa wkoll il-wiċċ. 

L-omm ġibdet filmat ta’ binha jfiraħ bl-eċitament hekk kif ħass l-ilma baħar itir għal fuqu. Hija spjegat kif ir-reazzjoni tat-tifel kienet waħda mil-isbaħ mumenti ta’ ħajjitha hekk kif ratu ferħan se jtir. 

YouTube video

Hija rringrazzjat lil Beach Ability Ingoldmells, talli tathom dan is-siġġu tar-roti, rigal li huwa vera speċjali għalihom u għal binhom. 

L-omm qalet li din l-għaqda tat ċans lil binha jesperjenza l-mewġ u n-natura minflok jesperjenza d-dwejjaq għax hu differenti minn tfal oħra. 

Għalkemm it-tobba kienu qalulha li hemm il-possibilità li t-tifel qatt ma jkun jista’ jimxi, madanakollu hija determinata li ttih l-aqwa ħajja possbbli. 

“It-tifel għadda minn ħafna t-tbatiija għalkemm għadu żgħir u l-fatt li rajtu fil-baħar kuntent u ferħan , għalija tfisser ħafna” qalet l-omm. 

Sport