Wednesday, July 22, 2026
Home Internazzjonali Persuna mejta u 30 oħrajn midrubin f’inċident fi Franza

Persuna mejta u 30 oħrajn midrubin f’inċident fi Franza

0
22
Riratt: VilledieuFabien/X

Dalgħodu ferrovija ta’ TGV li kienet qiegħda tivvjaġġa minn Dunkirk lejn Pariġi fi Franza ħabtet ma’ trakk waqt li kienet għaddejja b’veloċità kbira.

Jirriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq tat-trakk kien qiegħed jipprova jaqsam triq li minnha tgħaddi l-ferrovija wkoll meta seħħ l-inċident.

Ix-xufier tal-ferrovija tilef ħajtu fuq il-post u aktar minn 30 persuna oħra sofrew xi ġrieħi. Fuq il-ferrovija kien hemm madwar 250 persuna li b’mod immedjat ġew evekwati. Is-sewwieq tat-trakk jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.