Ċkejkna Ukrena ta’ madwar erba’/ħames snin kienet ammirata minn bosta għall-ispirtu b’saħħtu tagħha wara li fis-sigħat li għaddew fuq il-midja soċjali ċċirkola filmat tagħha qed tkanta l-innu nazzjonali waqt li l-infermiera bdew jinfaxxawlha sieqha.
Waqt il-filmat, it-tifla nstemgħet tkanta ‘Shche ne vmerla Ukrayina’ (li tfisser ‘L-Ukrajna għadha ma tilfitx’) ma’ wħud mill-infermiera li kienu qed jinfaxxawlha sieqha l-isptar. S’issa għadu mhux magħruf x’ġara liċ-ċkejkna.
Fost il-kummenti pożittivi li ċċirkolaw min-nies li raw il-filmat, kien hemm persuna li qalet “Putin m’għandux idea li ħadha kontra qawwa iktar b’saħħitha mill-armi orribbli tiegħu. Il-poplu Ukren, mill-iżgħar sal-ikbar persuni, iħobbu lil pajjiżhom u fl-aħħar mill-aħħar se joħorġu rebbieħa!”