Friday, May 3, 2024

Wimbledon: Andy Murray eliminat fit-tieni round

Aqra wkoll

Il-Brittaniku Andy Murray sofra eliminazzjoni bikrija fit-tournament ta’ Wembledon meta safa megħlub mill-Amerikan John Isner fit-tieni round.

L-eks numru wieħed tad-dinja ta’ 35 sena kiseb it-tielet set biex żamm it-tamiet tiegħu iżda mbagħad ċeda fir-raba’ wieħed 6-4 7-6 (7-4) 6-7 (3-7) 6-4.

Isner, semi-finalista tal-2018, irreġistra 36 aces fi triqtu lejn din ir-rebħa impressjonanti. Għaldaqstant issa huwa jilgħba kontra l-10 seed Taljan ta’ 20 sena, Jannik Sinner.

Murray, li rebaħ darbtejn dan il-Grand Slam, qatt qabel ma naqas milli jilħaq it-tielet round fit-13-il darba li ħa sehem f’dan it-tournament. 

Sport