Tuesday, December 24, 2024

ARA: Tlieta jmutu fi splużjoni fuq pont li jgħaqqad ir-Russja mal-Krimea

Aqra wkoll

Pont li jgħaqqad ir-Russja mal-Krimea inawgurat mill-President Russu Vladimir Putin lura fl-2018 sbiċċa f’ħuġġieġa wara splużjoni qawwija.

Trakk li kien għaddej minn fuq il-pont sploda bil-konsegwenza li ħadu n-nar tankijiet taż-żejt u ġġarrfet parti mill-pont. Sfortunatament tliet persuni tilfu ħajjithom.

Ir-Russja qed tqis din l-isplużjoni bħala attakk mill-Ukreni bl-Ispeaker tal-Parlament tal-Krimea, Vladimir Kontantinov, qal li l-attakk kien azzjoni ta’ vandaliżmu.

Min-naħa tiegħu l-kelliem għall-President Ukren, Mykhailio Pdolyak, sostna li dak kollu li huwa illegali jrid jinqered u dak li serqu r-Russi jrid jinkiseb lura.

Ekonomija

Sport