Friday, May 3, 2024

Manchester City immultati £260,000 mill-FA Ingliża

Aqra wkoll

Manchester City ġew immultati £260,000 mill-FA Ingliża wara invażjoni tal-pitch mill-partitarji tal-klabb fl-Etihad Stadium fl-aħħar ġurnata tal-istaġun li għadda kontra Aston Villa.

It-tim immexxi minn Pep Guardiola ġie minn wara b’mod drammatiku biex fit-22 ta’ Mejju kiseb rebħa ta’ 3-2 kontra Aston Villa u rebaħ ir-raba’ titlu tal-Premier League f’ħames staġuni.

Il-partitarji tas-City daħlu fil-grawnd mat-tsifira finali tar-referee, bil-goalkeeper ta’ Villa Robin Olsen allegatament jiġi attakkat hekk kif ipprova joħroġ mill-grawnd.

Sport