Saturday, December 21, 2024

ARA: Tlieta minn erba’ persuni jeħilsuha ħafif wara li kienu rekbin f’vettura li nqalbet fiż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1:45 p.m., kien hemm persuna li tilfet il-kontroll tal-vettura fi Triq il-Knisja fiż-Żebbuġ Għawdex.

Ritratt: Talk.mt / L-Orizzont

Minn informazzjoni li rċieva dan is-sit jidher li anzjan ta’ 69 sena residenti ż-Żebbuġ stess għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Kia tiegħu u nqaleb bil-karozza. Passiġġieri miegħu kien hemm tliet persuni: mara ta’ 68 sena residenti ż-Żebbuġ ukoll u żewġ subien, tifel t’erba’ snin u l-ieħor ta’ sitt snin. Fortunatament, it-tliet passiġġieri ma sofrewx ġrieħi f’dan l-inċident tant li ħarġu waħidhom mill-vettura.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew fil-ħidma sabiex jinħareġ ix-xufier mill-vettura filwaqt li l-infermiera mill-Isptar marru fuq il-post biex jagħtuh l-ewwel għajnuna qabel ma jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Uffiċjali tal-pulizija kienu preżenti fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku.

Ekonomija

Sport