Tuesday, April 16, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara li kellu inċident f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1:30 p.m., kien hemm inċident tat-traffiku qrib roundabout fi Triq il-Mitħna Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn trakk u mutur tal-għamla sym symphony. Ix-xufier tal-mutur huwa raġel ta’ 26 sena residenti Birkirkara. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Għal xi ħin it-triq kien tinsab magħluqa, però issa reġgħet miftuħa għat-traffiku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport