Żewġ persuni sofrew xi ġrieħi waqt operazzjoni delikatara f’żona industrijali fil-limiti tan-Naxxar.
Ħabbar dan il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li kkonferma li n-nirien huma kontrollati, żied li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejjin b’din l-operazzjoni.
Infatti ritratti meħudin minn dan is-sit ftit tal-ħin ilu jikkonfermaw dan hekk kif minkejja li m’hemmx sinjali ta’ nirien għad hemm dħaħen evidenti fiż-żona.
S’issa Triq Burmarrad f’Burmarrad tinsab kompletament magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.